Aqra U Irrifletti

NOTA WAĦDA

 

Kieku kull nota tal-mużika kellha tgħid:

Nota waħda ma tagħmilx sinfonija…

Ma jkun hemm l-ebda sinfonija.

 

Kieku kull kelma kellha tgħid:

Kelma waħda ma tagħmilx ktieb…

Ma jkun hemm l-ebda ktieb.

 

Kieku kull qatra ilma kellha tgħid:

Qatra waħda ma tagħmilx oċean…

Ma jkun hemm l-ebda oċean.

 

Kieku kull żerriegħa kellha tgħid:

Qamħa waħda ma tagħmilx għalqa qamħ…

Ma jkun hemm l-ebda ħsad.

 

Kieku kull wieħed minna kellu jgħid:

Att wieħed ta’ mħabba ma jistax isalva l-umanità,

Qatt ma jkun hemm ġustizzja u sliem fuq wiċċ l-art.

 

Mela, Ibda int, issa…

Għalfejn qed tistenna?

 

 

Tislijiet,

L-għalliema tal-PSCD

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *