Għeżież Ġenituri
Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru għandkom appuntament biex tkellmu lill-għalliema ta’ uliedkom. Nitolbukom li tkunu fil-qosor minħabba li l-ħin hu limitat ħafna. Tfal li jiġu mal-ġenituri għandhom joqogħdu mal-ġenituri u ma jagħmlux storbju jew ikun hawn xi ġiri fl-iskola.
Dakinhar fid-9.00 ser ikun hawn laqgħa informattiva dwar il-kura tax-xagħar għall-ġenituri kollha.
Fis-sala ser ikun hawn għaddejja l-fiera tal-kotba minfejn tistgħu tixtru xi kotba interessanti.
Grazzi
N Saliba