Għeżież Ġenituri
Qed ikollna rapporti li xi ġenituri li jwasslu lit-tfal bil-karozza privata tagħhom, kif jaslu ħdejn l-iskola qed iħallu l-boroż taż-żibel fil-ġenb tal-iskola. Dan qed jitħalla matul il-ġurnata kollha peress li ż-żibel ikun diġa nġabar fis-7.00am. Minħabba f’hekk qed ikollna ħafna ilmenti mill-ġirien tal-iskola u qed ikollna ukoll ħafna ħmieġ madwar l-iskola li jista’ ikun ta’ periklu għat-tfal kollha. Dan għandu jieqaf immedjatament għal ġid ta’ kulħadd.
Grazzi
N Saliba