L-iskola tagħna għadha kemm ingħatat il-Green Flag għas-sitt darba konsekutiva. Il-Green Flag tingħata lil skejjel li jkunu wettqu inizjattivi ta’ livell eċċellenti relatati mal-ambjent li jkunu saru fuq firxa ta’ sentejn. L-inizjattivi ambjentali li ġejna evelwati fuqhom kienu marbuta mal-proġett fuq il-Fair Trade u ieħor fuq il-konservazzjoni tal-ilma.
Grazzi kbira lill-kumitat tal-EkoSkola magħmul minn: Francesco Giuseppe Giorgino, Leon Xuereb, Luca Falzon, Zodie Mamo, Erika Bonello, Riccardo Campo, Amy Pace, Elisa Morguello, Shania Cassar, Kendra Galea, Bernard Rapinett, Lucio Trapani, Lisa Sant Portanier u Julian Cutajar Decelis. Kif ukoll lill-għalliema li mexxewhom: is-Sa Marlene Vella, is-Sa Doreen Spiteri u s-Sur Randolph Peresso.
Nawguraw ħidma ħabrieka lill-kumitat tal-EkoSkola.
N Saliba
