eTwinning School

L-iskola tagħna għadha kemm ingħatat l-Etwinning School Label.  Din ingħatat minħabba li l-iskola tagħna ilha tieħu sehem f’din l-inizjattiva sa mill-bidu tagħha, fl-2005. Imma fuq kollox għaliex bosta mill-proġett preżentati mill-għalliema tal-iskola tagħna kienu ta’ kwalità għolja ħafna.
L-għanijiet tal-proġetti Etwinning huma diversi.  Fosthom:
  • li toffri pjattaforma lill-għalliema biex jikkollaboraw ma’ għalliema oħra minn madwar l-Ewropa;
  • li l-istudenti jesperjenzaw lezzjonijiet innovattivi;
  • li tagħti l-għodda lill-istudenti biex isiru ċittadini diġitali;
  • li tgħin lill-istudenti jirriflettu fuq kif jistgħu jitgħallmu – metacognition.

Randolph Peresso

Assistent Kap

20180707_083601.jpg

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *