Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Mejju 2018 l-iskola tagħna ngħatat id-Dyslexia Friendly School Quality Mark. Din il-quality mark tingħata bħala rikonoxximent tax-xogħol siewi li jsir mill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola, bis-support ta’ staff mid- dipartiment tal-SpLD u tal-litteriżmu. Din tingħata lil dawk l-iskejjel li addottaw u żviluppaw prattiċi u tagħlim għat-tfal bid-dyslexia. Madankollu t-tagħlim, l-istrateġiji u r-riżorsi multisensorjali li jintużaw biex jgħinu lit-tfal bid-dyslexia, huma ta’ benefiċċju għat-tfal kollha. Dan jirriżulta fl-livell ogħla ta’ edukazzjoni li tilħaq lil kulħadd.
