Nhar it-Tnejn, 21 ta’ Mejju, bosta tfal marru d-dar b’togħma aktar ħelwa u bnina minn tas-soltu. Il-Kunsill tal-Istudenti organizza Fun Fruit Day. L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien biex issa li beda l-istaġun tal-frott inħajru aktar tfal jieklu l-frott. Għaldaqstant dakinhar it-tfal setgħu jixtru smoothie magħmul minn frott u ħalib frisk. B’kollox kien hemm madwar 470 tifel u tifla li ħadu smoothie, għaldaqstant nistgħu ngħidu li din l-attivita’ kienet suċċess kbir. Nixtiequ nirringrazzjaw lil numru sabiħ ta’ ġenituri li ħadmu qatigħ fil-preparamenti u t-tqassim ta’ dawn l-ismoothies kollha. Mingħajrhom din l-attività, bħal ħafna attivitajiet oħra, ma kinitx tkun possibbli.