Għeżież Ġenituri
Nixtieq bi pjaċir ninfurmakom li f’dawn l-aħħar tlett ijiem kien qed isir xogħol ġewwa l-bitħa biex jitranġa wiċċ il-grawnd mill-ħaddiema ta’ kuntrattur imqabbad mill-FTS. Minbarra li inbidel parti mit-tapit sintetiku, il-grawnd tnaddaf ukoll mill-ammont kbir ta’ żrar tal-lasktu u ma għadx hemm iktar ħofor u periklu.
Ta’ dan nixtieq nirringrazzja lis-Sur Simon Scicluna, ġenitur membru tal-kunsill skolastiku ghal kontribut tieghu sabiex isir dan ix-xoghol tant bżonjuż. Grazzi ukoll tmur għas- Sur Gafa’ u s-Sur Raymond Bajada mill-FTS, is-Sur Philip Galdes, Precincts Officer tal-Kulleġġ San Injazju u s-Sinjura M. Pace, Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju.
N Saliba