Għeżież Ġenituri
Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Mejju ser ikollna l-fotografu l-iskola biex jieħu r-ritratti lit-tfal. Dakinhar nitolbukom biex it-tfal jiġu lebsin l-uniformi tax-xitwa biex ikunu puliti għar-ritratt.
Minn nhar it-Tnejn it-tfal kollha jistgħu jiġu lebsin l-uniformi tas-sajf peress li diġa bdiet is-sħana (minbarra l-Erbgħa minħabba r-ritratt).
Grazzi dejjem tal-koperazzjoni tagħkom.
N. Saliba