Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 13 t’April it-tfal tal-kinder jispiċċaw skola f’11.45, filwaqt li t-tfal tal-primarja jispiċċaw skola f’12.00.
Fl-għaxija ser ikun hemm Celebration Day għat-tfal kollha tas-sitt sena, tfal li se jieħdu xi premju u tfal tal-choir. Importanti li jiġu biss dawk il-ġenituri li ngħataw invit. L-invit jgħodd għal żewġ persuni adulti BISS, jiġifieri mhux permess li jiġu tfal żgħar. Nitolbukom li ġġibu l-invit magħkom. Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom sabiex din l-attivita’ tkun verament ċelebrazzjoni li tibqa’ fil-memorja tat-tfal.
Grazzi
N. Saliba