Aqra u Irrifletti – Għoxrin parir għas-sena 2018

1. Il-ħajja taf tkun kiefra, imma dejjem tista’ tkun tajba.
2. Li jgħodd fil-ħajja mhux x’jiġrilek jew x’għandek iżda x’se tagħmel b’dak li jiġrilek jew
b’dak li għandek.
3. Il-ħajja qasira wisq biex taħliha tobgħod lil xi ħadd.
4. M’hemmx għalfejn tirbaħ kull argument. Aċċetta li tista’ ma taqbilx.
5. Meta tibki, ibki ma’ xi ħadd. Qalbek tistrieħ.
6. Ma jimpurtax jekk tirrabja għal Alla. Ma jieħux għalih.
7. Agħmel paċi mal-passat tiegħek, inkella jirrovinalek il-preżent.
8. Kollox jista’ jinbidel f’ħakka t’għajn. Imma tinkwetax, Alla qatt ma jogħrok għajnejh.
9. Eħles minn kull oġġett li ma jkunx utli, sabiħ jew li jferrħek.
10. Ħejji ruħek dejjem, imma mbagħad tgħallem iżfen mad-daqqa tal-ħajja.
11. Aħfer dejjem u lil kulħadd. X’jagħmlu bil-maħfra tiegħek, problema tagħhom.
13. Mhix biċċa tiegħek x’jaħseb ħaddieħor fuqek.
14. Iż-żmien ifejjaq. U jekk ma tkunx fiqt, sinjal li ż-żmien għandu bżonn aktar żmien.
15. Emmen fil-mirakli imma tistenna ebda wieħed.
16. Alla jħobbok għax Hu tajjeb, mhux għax int tajjeb jew tajba.
17. Ftakar li uliedek darba biss se jkunu tfal.
18. Kulma għandek u kulma tkun għamilt se jgħaddi u jispiċċa. Li jibqa’ hu biss kemm tkun
ħabbejt.
19. Jekk tqiegħed is-slaleb tiegħek f’munzell ħdejn tal-oħrajn, malajr tmur tiġri biex tieħu
tiegħek lura.
20. Il-kbir u l-aħjar għadu ġej…
Nawguraw is-sena t-tajba lilkom ilkoll! J’alla tapplikaw dawn il-pariri u jkollkom aktar ferħ,
paċi u mħabba matul din is-sena!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *