Kulħadd ġieli qara jew sama’ b’xi ħrafa tas-sħarijiet. L-aħwa Grimm kitbu għadd kbir minnhom. Iżda qatt immaġinajtu x’jiġri kieku dawn il-ħrejjef kellhom jitħawdu? Hekk proprju ġara fil-proġett Erasmus + li ħadmu fuqu t-tfal, li s-sena li għaddiet kienu fil-ħames sena. Huma kellhom l-opportunità jaħdmu id f’id ma’ Trevor Żahra, awtur rinomat, biex jiktbu djalogu bejn karattri minn ħrejjef differenti. Fl-aħħar tal-proċess, intgħażlet kitba waħda, liema kitba din is-sena ġiet irrekordjata f’forma ta’ Puppet Show. Fi kliem Francesco Giorgino, Jayden Borg u Aidan Grima, t-tlett itfal magħżula, din kienet esperjenza tassew sabiħa u jħossuhom kburin b’ din l-opportunità u bix-xogħol finali.
Waqt li nittamaw li din l-esperjenza tħalli ħafna frott u tkompli tiżviluppa l-immaginazzjoni tat-tfal, nieħdu l-opportunità nirringrazzjaw lil:
Trevor Zahra, tal-għajnuna u l-ħidma sfiqa tiegħu tul il-proġett
Agnes Mifsud u Grace Falzon, tal-ħjata tal-kostumi tal-pupazzi
Ms Ciappara u Ms Baldacchino, għalliema, li s-sena li għaddiet kienu jgħallmu l-5 sena u li taw bidu lil dan il-proġett
Ms Priscilla Vella, tal-għajnuna u l-kollaborazzjoni tagħha fil-ħidma tal-pupazzi
Ms Abela tal-props
Mr Peresso tal-filming u l-editing
Ms Claudine tal-editing
Fl-aħħar u mhux l-inqas, ma jonqosx nirringrazzjaw ukoll lit-tliet studenti – Francesco, Jayden u Aidan tal-entużjażmu u l-impenn tagħhom tul il-proġett. Il-ħidma tagħna kienet katina, wieħed jorbot mal-ieħor. Prosit lil kulħadd!