Jum Dun Karm

It-18 ta’ Ottubru hija ‘Jum Dun Karm’ u għal din l-okkażjoni t-tfal tal-klassi 6.3 ‘Sunbirds’ ippreparaw assembly speċjali. Huma qasmu magħna ftit punti interessanti dwar il-Poeta Nazzjonali fejn taw rakkont qasir tal-bijografija ta’ Dun Karm Psaila. Fl-aħħar spiċċaw b’poeżija ħelwa miktuba minnu jisimha ‘Warda’. Ċertament dan kien avveniment siewi għat-tfal għax setgħu jitgħallmu kif dan il-personaġġ Malti ħaddan il-kitba Maltija u tana wħud mill-aqwa poeżiji Maltin.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *