Ġita Kulturali sa Sqallija

Ma’ sebħ il-jum tas-Sibt, 14 t’Ottubru, konna ġa fi triqtna lejn il-gzira ġara – Sqallija. Wasalna hemm għal xi t-8 ta’ filgħodu. It-temp ma setax kien isbah. Sema ikħal, b’xi żewġ sħabiet bojod tajjar jiżfnu maż-żiffa ħelwa li kienet tinħass kultant ħin.

L-ewwel postijiet li żorna kienu propju l-fabbriki tal-pasti Sqallin u dik taż-żejt taż-żebbuġa. Tgħallimna dwar il-proċess ta’ kif jinħadmu dawn iż-żewġ prodotti u wara ma naqasx li nduqu minn dik il-manna. M’hemmx xi ngħidu – niżlulna għasel! Minn hemm tlaqna lejn Scicli – belt antika imżejna b’għadd ta’ knejjes Barokki. Fost oħrajn żorna l-knisja ta’ San Bartolomew, fejn barra l-kapulavur arkittettorjali stajna nammiraw pittura ta’ Mattia Preti, l-istess pittur li pitter l-affreski fil-Kon Katidral ta’ San Gwann fil-belt Valletta.

Wara ikla bnina bi platti tipiċi Sqallin, ma naqasx li mmorru ftit shopping ukoll. Tista’ tgħid ħadd ma ħareġ idu f’idu. Xi wħud kienu mgħobbijin iżjed minn oħrajn.

Il-ġurnata għaddiet bħal ħolma. Tassew ħadna gost u fiċ-ċert li kulħadd mar lura d-dar b’ħafna memorji sbieħ.

received_1500417733329245

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *