Fairtrade

Matul din is-sena il-kumitat tal-EkoSkola ħdimna biex inqajmu għarfien fuq il-Fairtrade mark.  Bdejna billi l-membri tal-kumitat fittixna fuq il-Fairtrade biex insiru nafu aktar.  Ingħaqadna wkoll ma’ organizazzjoni Maltija, Say It, li taħdem favur il-Fairtrade.  Rappreżentant ta’ Say It ġie l-iskola tagħna kemm-il darba.  Huwa kellu laqgħat mal-kumitat fejn kellna ċ-ċans insaqsuh il-mistoqsijiet tagħna u b’hekk iċċarajna ħafna affarijiet.  Kellu laqgħat ukoll mal-għalliema, LSAs u kindergarten assistants kif ukoll mal-ġenituri biex iqajjem aktar għarfien fuq il-Fairtrade.  Minbarra f’hekk il-kumitat tal-EkoSkola tellajna special assembly għat-tfal kollha tal-iskola fuq dan is-suġġett u organizzajna Rice Day.  Ir-ross li ntuża għal din l-attività kellu l-marka tal-Fairtrade u kull qliegħ li għamilna mar għall-Hospice Movement Malta.  B’kollox tajnihom €270.  Min-naħa tagħna inħeġġukom biex taraw il-vidjo qasir t’hawn taħt dwar il-Fairtrade, u nħeġġukom biex fejn tistgħu tixtru prodotti bil-marka tal-Fairtrade. B’hekk inkunu qed nagħmlu l-parti tagħna biex niżguraw li kulħadd jitħallas kemm ikun ħaqqu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *