Ix-xahar ta’ Mejju huwa iddedikat lill-Madonna. B’hekk fis-17 ta’ Mejju saret attivita’ ħelwa fl-iskola tas-Siġġiewi fejn it-tfal kollha nġabru fis-sala u faħħru lill-Madonna permezz ta’ talb u kant. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ l-ikbar tifel u l-iżgħar tifla tal-iskola nkurunaw lill-Madonna billi poġġew kuruna fuq rasha. Kienu ħafna t-tfal li ġabu magħhom xemgħa u fjuri bħala offerta għall-Madonna li tant tħarisna.