Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Jannar 2017 saret Sports Day għat-tfal tal-Primarja mill-Year 1 sal-Year 6 fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. It-tfal kellhom l-opportunita’ li jipparteċipaw f’diversi logħob differenti, kif ukoll kellhom sessjoni tad-danza. It-tfal kollha ngħataw midalja tal-parteċipazzjoni tagħhom. Is-sehem tal-għalliema kif ukoll tal-ġenituri ma naqasx f’din l-attivita’. Infatti l-ġenituri u l-għalliema kellhom żewġ logħbiet iddedikati għalihom – relay u tug of war.
L-entużjażmu tat-tfal u ta’ dawk kollha preżenti kien evidenti ħafna. Kienet atmosfera ta’ ferħ speċjalment meta l-ġenituri lagħbu u kkompetew mal-għalliema. Grazzi speċjali lill-għalliema tal-PE, Mr Alan Ellul u Mr Steve Schembri, tal-għajnuna kbira tagħhom biex din l-attivita’ setgħet tkun ta’ suċċess.
N Saliba
Kap tal-Iskola