Għeżież Ġenituri
Peress li kien hemm tliet nominazzjonijiet għall-kunsill skolastiku mhux ser ikun hemm elezzjoni fl-iskola Primarja Siġġiewi. Il-kunsill hu magħmul minn tliet għalliema, Catherine Bezzina, Melanie Bonello u Claudine Chircop; u minn tliet ġenituri, Diana Borg, Justine Grima u Simon Scicluna. Il-President hi Dr. Ruth Falzon, filwaqt li teżorier/segretarja hi N. Saliba. Il-ħidma tal-kunsill tkun dejjem fl-interess tal-istudenti u l-iskola kollha.
Grazzi
N Saliba