Kunsilli Skolastiċi – Is-Sehem Tiegħek Jagħmel Differenza

Fil-31 ta’ Jannar 2017 ser isiru l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi fl-Iskejjel tal-Istat. F’dawn l-elezzjonijiet jiġu eletti l-membri tal-Kunsilli Skolastiċi għas-sentejn li ġejjin (Jannar 2017- Diċembru 2018).

Il-Kunsilli Skolastiċi fl-iskejjel Primarji u Sekondarji huma magħmula minn President, il-Kap tal-Iskola, tliet ġenituri – eletti mill-ġenituri , u tliet għalliema – eletti mill-istaff akkademiku tal-iskola,KGAs u LSAs.

Il-ħidma tal-Kunsill Skolastiku mhux limitat għall-organizazzjoni u sehem f’attivi­tajiet biex jinġabru l-fondi, f’ħarġiet, f’attivitajiet soċjali u f’ħidmiet simili.

Il-ħidma tal-Kunsilli Skolastiċi jmur lil hemm minn dan. Il-Kunsilli Skolastiċi għandhom il-fakulta’ li:

  • Jamministraw ċertu fondi u assi tal-iskola.
  • Jiddikutu metodi u mezzi biex tikber il-partċipazzjoni u kontribuzzjoni tal-ġenituri.
  • jiddiskutu l-kurrikulu u s-servizzi edukattivi li toffri l-iskola
  • jissuġġerixxu lid-Direttorat tal-Edukazzjoni tibdil jew żieda mal-kurrikulu.
  • Jiġbdu lattenzjoni tal-Ministru, jew kull uffiċċjal nominati minnu, dwar nuqqasijiet fl-Iskola u materji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-iskola.
  • jikkonsidraw t-titjib tal-ambjent fiżiku, kulturali, estetiku u morali tal-iskola u tal-post madwar l-iskola.
  • jiddiskuti problemi relatati mal-istudenti bħala grupp.

Jekk int ġenitur titlifx din l-okkażjoni. Għin lill-Iskola ta’ wliedek billi tikkontesta u tivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi.

Uri li tinteressa ruħek fl-edukazzjoni ta’ wliedek

Agħti sehemek f’dawn l-Elezzjonijiet

Dati:

9 ta’ Jannar 2017: Jiftħu n-nominazzjonijiet

18 ta’ Jannar 2017: Jagħalqu n-nominazzjonijiet

31 ta’ Jannar 2017: Issir il-votazzjoni   (Tista’ tivvota wkoll billi tibgħat l-vot tiegħek bil-posta jew mat-tifel/tifla tiegħek)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *