Is-Sehem Tiegħek Jagħmel Differenza

Kunsilli Skolastiċi

F’ Jannar li ġej ser isiru l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi fl-Iskejjel tal-Istat. F’dawn l-elezzjoni jiġu eletti l-membri tal-Kunsilli Skolastiċi għas-sentejn li ġejjin (Jannar 2017 – Diċembru 2018).

Il-Kunsilli  Skolastiċi fl-iskejjel Primarji u Sekondarji huma magħmula minn President, il-Kap tal-Iskola, tliet ġenituri  – eletti mill-ġenituri , u tliet għalliema  – eletti mill-istaff akkademiku, LSAs u KGAs tal-iskola.

Il-ħidma tal-Kunsill  Skolastiku  mhux  limitat  għall-organizazzjoni u sehem f’attivi­tajiet biex jinġabru l-fondi, f’ħarġiet, f’attivitajiet soċjali  u f’ħidmiet simili.

Il-ħidma  tal-Kunsilli Skolastiċi jmur lil hemm minn dan. Il-Kunsilli Skolastiċi  għandhom il-fakultà li:

  • jamministraw  ċertu fondi u assi tal-iskola
  • jiddiskutu metodi u mezzi biex tikber il-partċipazzjoni u kontribuzzjoni tal-

ġenituri

  • jiddiskutu l-kurrikulu u s-servizzi edukattivi li toffri l-iskola
  • jissuġġerixxu lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni tibdil jew żieda mal-kurrikulu
  • jikkonsidraw t-titjib tal-ambjent fiżiku, kulturali,estetiku u morali tal-iskola u tal-post madwar l-iskola
  • jiddiskutu problemi relatati mal-istudenti bħala grupp.

Jekk int ġenitur/kustodju titlifx din l-okkażjoni . Għin lill-Iskola ta’ wliedek billi tikkontesta  u tivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi.

Uri li tinteressa ruħek fl-edukazzjoni ta’ wliedek

Agħti s-sehem tiegħek f’dawn l-Elezzjonijiet

Dati:

  9  ta’ Jannar  2017:  Jiftħu n-nominazzjonijiet

18 ta’ Jannar 2017:  Jagħlqu n-nominazzjonijiet

31 ta’ Jannar 2017:  Issir il-votazzjoni   (Tista’ tivvota wkoll billi tibgħat l-vot tiegħek  bil-posta jew mat-tifel/tifla tiegħek)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *