Fil-5 ta’ Diċembru, l-iskola tas-Siġġiewi ħadet sehem fl-Hour of Code. L-Hour or Code hi attivita’ fejn l-istudenti jagħmlu coding activities u fl-istess ħin ikunu qed jitgħallmu kif iħaddmu moħħhom biex isolvu l-problemi. Għal din l-attivita’ konna onorati bil-preżenza tal-Onorevoli. Dr Chris Agius. Membru parlamentari u Mr James Catania, EO Computing and ICT fejn faħħru l-entużjażmu tal-għalliema u l-istudenti filwaqt li żaru diversi klassijiet.
Ms Natalie Saliba
Kap tal-iskola