Fis-6 ta’ Diċembru kellna l-purċissjoni ta’ San Nikola. Din il-purċissjoni ilha ssir għal aktar minn 10 snin u issa daħlet sew fil-kalendarju kulturali tas-Siġġiewi, tant li ammont sostanzjali ta’ residenti jakkumpanjawna fit-toroq Siġġiwin.
Din is-sena wkoll kellna festa mill-isbah b’numru ta’ tfal li jilbsu ta’ personaġġi fosthom ta’ San Nikola, Basilju, it-tliet xebbiet, il-Granmastru Ferdinand von Hompesch u oħrajn. Barra minn hekk l-istatwa kienet merfugħa mit-tfal tas-sitt sena.
Għall-ewwel darba wkoll fil-knisja saret reċta mit-tfal fuq kitba ta’ Dun Nikol Aquilina.
Nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu biex din l-attivita’ setgħet tittella’ b’suċċess – Beppe, Agnes u Grace tal-ħjata, Twanny Mifsud, Ganni Bezzina, l-Arċipriet, Fr Chris, il-pulizija, Banda San Nikola, Siġġiewi Festival Brass Band, il-minor staff, Ms Stephanie Zammit, Ms Daniela Baldacchino, Ms Priscilla Vella, Ms Toni Calleja, Ms Marlene Vella u Ms Claire Cardona. Grazzi wkoll lit-tfal kollha li ħadu sehem.