Pawlu kien qalbu sewda meta arrestaw lil ibnu fuq suspett ta’ serq ta’ somma kbira ta’ flus. Ibnu kien ħaliflu li hu bla ħtija imma l-pulizija kienet issostni li għandha l-provi kollha biex takkużah. U spiċċa l-ħabs għax ma kellhomx biex iħallsu l-pleġġ. U darba missieru kitiblu ittra qasira u fiha, wara li tah xi aħbarijiet tal-familja, qallu: ‘Ibni din is-sena l-familja ser tbati ħafna. Waħdi ma niflaħx naħdem l-għelieqi tagħna. Is-soltu dawn jagħtuna frott u ħxejjex għas-sena kollha imma mitluqa kif inhuma ma nistenna xejn minnhom. Nixtieq li naf nuża l-moħriet għax kieku faċli tiżra’ jekk ikollok l-art maħduma imma dan qatt ma tgħallimtu għax kont niddependi fuqek.’
It-tifel kitiblu lura: ‘Pa jiddispjaċini li din is-sena m’intix ser taħdem l-art għax jien m’iniex hemm. Imma ara ma jfettilekx tgħid lil xi ħadd biex jaħrathielek. Ħalliha kif inhi u mbagħad naħdimha meta noħroġ mill-ħabs.’ Meta l-ittra ġiet għand il-pulizija tal-ħabs, qrawha u ħassew li f’idejhom issa għandhom xamma tajba. Kienu ċerti għaliex it-tifel ma riedx li tinħadem l-art. Hemm kien ħeba l-flus misruqa. Għexieren minnhom marru għand il-bidwi u ħartulu kullimkien bit-tama li jsibu l-flus li t-tifel kien ħeba. Iżda ma sabu xejn. Xi ġranet wara l-missier irċieva t-tieni ittra tat-tifel: ‘Pa, nemmen li dak li s-soltu nagħmel jien għamluh qabli l-pulizija. Issa tista’ tiżra’ l-għelieqi bħas-soltu.’
Min jibni ħsibijietu fuq is-suspett faċli jasal għall-konklużżjonijiet ħżiena.
Tislijiet,
L-għalliema tal-PSCD