Fit-18 ta’ Ottubru saret Special Assembly mit-tfal tal-klassi Year 6.3 sabiex infakkru l-memorja ta’ Dun Karm Psaila. Dun Karm Psaila huwa l-poeta nazzjonali u permezz ta’ din l-assembly, ingħatat informazzjoni lit-tfal kollha dwar il-ħajja ta’ Dun Karm Psaila u ssemmew xi xogħlijiet ta’ kitba importanti fosthom l-Innu Malti u l-Innu ta’ filgħodu li nkantaw kuljum – Reġa sebaħ ja Mulejja.
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola