L-iskola Primarja Siġġiewi kellha l-unur li tilqa’ grupp ta’ żeffiena u kantanti Russi mis-Siberja li ġew jagħtu kunċert lill-istudenti tal-primarja. Kienet okkażjoni mill-isbaħ fejn l-istudenti setgħu jesperjenzaw il-kultura Russa permezz tal-lingwa, kant u żfin. Minbarra li kulħadd tpaxxa bl-ispettaklu professjonali, kulħadd seta’ jammira u japprezza l-ġmiel ta’ kostumi u kuluri. Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lill-parteċipanti tal-Youth Russian Culture Festival in Malta, filwaqt li ringrazzjamenti speċjali jmorru għal Dun Nikol Aquilina, Dr.Snezhana Sofeina u Evgueni Bodishtianu.
N. Saliba
Kap tal-iskola