Bħalissa Heritage Malta għandha offerta speċjali. Qed toffri sħubija b’xejn lill-istudenti kollha fl-iskejjel primarja. Min jissieħeb ikun jista’ jidħol fil-mużewijiet u postijiet kulturali oħra taħt il-kustodja ta’ Heritage Malta b’xejn, waqt li sa żewġ adulti li jkunu ma’ dawn it-tfal iħallsu nofs il-prezz. Min hu interessat jidħol fil-link t’hawn taħt.