Wasalna fl-aħħar xahar ta’ din is-sena skolastika wkoll. Din is-sena pruvajna nżommu fil-qasir imma naslu għall-punt! Pruvajna wkoll li kemm jista’ jkun dejjem konna prattiċi u pożittivi f’dak li ktibna. Nittamaw li kollha sibtuhom utli. Għal dan l-aħħar xahar mhux se nagħmlu inqas. Se naraw kif b’mod sempliċi jista’ jkollna suċċess minn ħajjitna u b’hekk ikollna iktar sens ta’ sodisfazzjon f’dak kollu li nagħmlu.
Jagħmel suċċess min…
..isib ħin għall-qari kujum.
..jagħti l-kumplimenti.
..jaċċetta l-bidla.
..jaħfer lill-oħrajn.
..jiddiskuti l-ideat.
..dejjem lest li jitgħallem.
..jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.
..għandu sens ta’ gratitudni.
..għandu direzzjoni u jaf jippjana.
Ma jirnexxix min…
..jara t-TV il-ħin kollu.
..jikkritika.
..jibża’ mill-bidla.
..iżomm f’qalbu.
..jgħid fuq in-nies.
..jaħseb li jaf ħafna.
..dejjem isib it-tort fl-oħrajn.
..dejjem jippretendi.
..qatt ma jippjana.
Naħsbu ftit… Din hija lista pjuttost ċara ta’ kif wieħed jista’ faċilment ikollu ħajja ta’ suċċess mingħajr ma jirfes il-kallu ta’ ħadd. B’sens ta’ altruiżmu imma fl-istess ħin jekk kulħadd jagħraf iżomm postu nistgħu ngħixu ħajja sodisfaċenti. Kemm hu sabiħ meta nkunu nafu x’irridu minn ħajjitna u fejn insibu diffikultà nfittxu l-għajnuna. L-għajnuna tasal faċli jekk nitgħallmu kif inkunu f’relazzjoni tajba mal-oħrajn. Ħafna drabi nisimgħu lil min jgħid li diffiċli jsib il-ħbieb jew ma’ min jaqbel. Imma kemm minna qatt ħsibna ftit jekk inkunux aħna stess li b’għemilna nkunu qed inbiegħdu lill-oħrajn ‘l bogħod minna. Dawn iż-żweġ listi t’hawn fuq juru stampa ċara ta’ żewġ opposti u stampa ċara ta’ kif nistgħu nitgħallmu nagħmlu suċċess f’dak kollu li nagħmlu. Tajjeb li niftakru wkoll li kemm bħala ġenituri u kemm bħala għalliema għandna dmir li nagħtu dejjem eżempju tajjeb lil uliedna jew l-istudenti tagħna. Nispiċċaw billi nawguraw lil kulħadd Sajf sabiħ mimli saħħa u mistrieħ.
Kelma ta kuraġġ… We all have the duty to do good. Pope Francis
Kollha kemm aħna fid-dmir li nagħmlu l-ġid. Papa Franġisku.
Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo
PSCD – 2015/2016