Fit-13 ta’ Mejju kellna l-inkurunazzjoni tal-Madonna. Dakinhar it-tfal kollha ltaqgħu fis-sala fejn sar talb u kant biex infaħħru lill-Madonna li għaliha hu ddedikat ix-xahar ta’ Mejju. Tifla mill-Kindergarten u tifel mill-Year 6 libbsu kuruna ta’ fjuri fuq ras il-Madonna, filwaqt li ħafna tfal ġabu fjuri u xemgħat bħala turija ta’ rispett lejn il-Madonna.
