Fl-24 ta’ Mejju ċċelebrajna l-Preċett flimkien mat-tfal tat-tieni sena. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa fejn it-tfal ipparteċipaw permezz tal-qari, talb u kant. Saħansitra l-quddiesa spiċċat b’żifna mit-tfal stess. Wara l-ġenituri, flimkien ma uliedhom kellhom festin żgħir. It-tfal kollha ingħataw souvenir bħala tifkira ta’ din l-okkazjoni speċjali. Grazzi kbira tmur lill-għalliema u lil-LSAs tat-tieni sena, tal-għajnuna siewja tagħhom.