Kemm-il darba ħsibna li biex noħorġu ta’ nies mal-oħrajn irridu bilfors nonfqu l-flus. Naħsbu jew għal xi raġuni nserrħu rasna li meta nixtru xi ħaġa li tkun tiswa ħafna, nkunu b’xi mod qed nuru rispett. Sfortunatament il-ħajja materjalista li qed ngħixu fiha saret iġġiegħlna nagħtu valur biss li dak li jlellex jew li hu pprezzat l-iktar. Donnu l-iktar importanti hu li biex jkollna affarijiet ta’ kwalita’ hemm bżonn li nonfqu ħafna flus! Filfatt spiss tisma’ min jgħid li l-irħis għali. Pero meta nsibu ftit ħin u nirriflettu nindunaw li dawk l-affarijiet li vera jgħoddu fil-ħajja fil-verita’ vera ma jiswewx flus….araw naqra l-lista li ġejja…
1. Il-Manjieri
2. Il-Valuri
3. Ir-Rispett
4. Il-Karattru
5. Is-Sens Komun
6. Il-Fiduċja
7. Il-Paċenzja
8. Li Jkollok Klassi
9. L-Integrita’
10. L-Imħabba
Naħsbu ftit…
B’din il-lista t’hawn fuq ninnutaw li assolutament ma jiswewx flus kemm biex tirċievi jew tagħti lura xi waħda minn dawn. Jekk kull wieħed u waħda minna nagħtu importanza li dawn ikollna ħafna iktar minn ħajjitna milli noqogħdu naħlu l-ħin tagħna kif se nkunu l-aqwa u l-aħjar b’ħafna nfieq ta’ flus. Għandna nitgħallmu nagħtu importanza inqas lill-affarijiet materjali li maż-żmien jispiċċaw u nħallu iktar spazju għall-valuri, paċenzja u mħabba fost oħrajn
Kelma ta kuraġġ…
A little bit of mercy makes the world less cold and more just.
Pope Francis
Bi ftit iktar ħniena nagħmlu dinja inqas kiesħa u aktar ġusta.
Papa Franġisku.
Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo