Kienet ġurnata xemxija meta nhar il-Ħamis, 28 ta’ April, it-tfal kollha tal-Kindergarten inġabru fil-bitħa għall-attivitajiet tal-Kidlympics. L-istudenti qattgħu sagħtejn mill-isbaħ jieħdu sehem f’logħob organizzat fil-bitħa tal-iskola. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ l-istudenti ngħataw midalja minn Ms Saliba u ċertifikat ta’ tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom.