L-istudenti tal-Kulleġġ Sant’Injazju, skola primarja tas-Siġġiewi, imxew mill-iskola sad-Dar tal-Providenza u rnexxielhom jiġbru s-somma ta’aktar minn €500 li ġiet ippreżentata lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef.
Il-Fun Walk kienet organizzata mill-kumitat tal-EKoSkola tal-istess skola, immexxi minn Ms Sephorah Sultana. Mal-wasla fid-Dar tal-Providenza, l-istudenti, flimkien mal-ġenituri u l-istaff tal-iskola ħadu sehem f’quddiesa li saret fil-misraħ ta’ quddiem il-kappella.
Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li kienet organizzata din il-Fun Walk b’risq id-Dar tal-Providenza.
Sephorah Sultana
Ko-ordinatriċi



