Open Day – Year 1 – 6

Għeżież ġenituri,

L-Open Day ta’ din is-sena ser tkun il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju. Dakinhar intom mistiedna biex tiġu tqattgħu nofstanhar l-iskola u żżuru l-klassijiet t’uliedkom. It-tema ser tkun il-Matematika.

Programm mill-Year 1 sa Year 6

8.30am  –  9.00am                   Niltaqgħu fis-sala.

Indirizz mill-Kap tal-Iskola.

9.00am  –  10.15am                 Il-ġenituri tat-tfal tal-Year 4, 5, 6 jibqgħu fis-sala fejn ser ikollhom laqgħa mal-Maths Support Teacher dwar is-suġġett – il-Matematika.

9.00am  –  10.15am                 Il-ġenituri tat-tfal tal-Year 1, 2, 3 imorru fil-klassijiet ta’ uliedhom biex isegwu lezzjoni tal-Matematika.

10.15am  –  10.45am               BREJK  –  Ser ikun hemm bejgħ ta’ ftajjar u ilma fil-bitħa.

10.45am  –  12.00pm               Il-ġenituri tat-tfal tal-Year 4, 5, 6 imorru fil-klassijiet t’uliedhom.

10.45am  –  12.00am               Il-ġenituri tat-tfal tal-Year1, 2, 3 imorru fis-sala għal-laqgħa mal-Maths Support Teacher.

12.00pm                                  L-iskola tispiċċa għat-tfal kollha mill-Year 1 sal-Year 6

12.00pm  –  2.00pm                 Il-Mużew tal-Edukazzjoni ser ikun miftuħ għal dawk kollha li jixtiequ jmorru flimkien m’uliedhom iżuru dan il-mużew tant interessanti.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *