Għeżież ġenituri,
L-Open Day ta’ din is-sena ser tkun il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju. Dakinhar intom mistiedna biex tiġu tqattgħu nofstanhar l-iskola u żżuru l-klassijiet t’uliedkom. It-tema ser tkun il-Matematika.
Programm għall-Kindergarten
8.30am – 9.00am Niltaqgħu fis-sala.
Indirizz mill-Kap tal-Iskola.
9.00am – 10.15am Il-ġenituri kollha li għandhom it-tfal fil-kindergarten imorru fil-klassijiet t’uliedhom biex isegwu lezzjoni tal-Matematika.
10.15am – 10.45am BREJK – Ser ikun hemm bejgħ ta’ ftajjar u ilma fil-bitħa.
10.45am – 11.45am Il-Mużew tal-Edukazzjoni ser ikun miftuħ għal dawk il-ġenituri kollha li jixtiequ jżuru dan il-mużew tant interessanti.
11.45am L-iskola tispiċċa għat-tfal kollha tal-kindergarten
Grazzi
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola