Għeżież Ġenituri
Nixtiequ nfakkrukom dwar il-Fun Walk li ser issir nhar il-Ħadd 24 ta’ April 2016. Il-familji kollha huma mistiedna jiġu magħna għal donazzjoni ta’ €5 kull familja. Il-flus miġbura se jingħataw lid-Dar tal-Providenza.
Tluq fid-9:00 am minn ħdejn l-iskola, nisimgħu quddiesa flimkien u nerġgħu lura għall-ħabta tal-11:00 am. Se jingħata goodie bag għal kull biljett.
Inselli għalikom
N Saliba
Kap tal-Iskola
