April magħruf bħala x-xahar li jagħtina l-ward. Ikun sinjal iktar ċar li r-Rebbiegħa qed tħalli lmarki tagħha u għal xi raġuni dan kollu jħalli effett pożittiv fuqna. Għaldaqstant sibna ftit punti li tajjeb li minn żmien għal żmien niftakruhom. Tajjeb li nsibu ċans naħsbu ftit fuq ir-relazzjoni tagħna mal-oħrajn jew fejn nistgħu nirranġaw biex inkunu persuni aħjar. Ħafna drabi nsibuha ħafna iktar faċli nikkoreġu lil ħaddieħor fil-mod kif iġibu ruhħom. Pero naqra evalwazzjoni fuqna nfusna żgur li ma tagħmlilnix ħażin, speċjalment meta nindunaw li m’hemmx għalfejn nagħmlu affarijiet kbar.
Niftakru Ftit Kuljum
1. Il-passat ma nistgħux nibdluh.
2. Hemm differenza bejn l-opinjoni tagħna u kif inhi r-realta’.
3. Il-vjaġġ tal-ħajja ta’ kulħadd huwa differenti.
4. Kollox jitranġa għall-aħjar biż-żmien – paċenzja!
5. Meta niġġudikaw lill-oħrajn inkunu qed nuru l-karattru veru tagħna.
6. Ħafna ħsibijiet żejda jsewdulna qalbna.
7. Il-veru ferħ hemm bżonn li nsibuh ġewwa fina.
8. Ħsibijiet pożittivi joħolqu affarijiet u avvenimenti pożittivi.
9. It-tbissim jittieħed!
10. It-tjubija ma tiswiex flus.
11. Ma jirnexxilniex biss meta naqtgħu qalbna.
12. Nagħmlu lil ħaddieħor dak li nixtiequ lil ħaddieħor jagħmlu lilna.
Naħsbu ftit…
Żgur li kontu qed taħsbu li ġejja xi lista ta’ affarijiet impenjattivi ħafna jew impossibli imma filfatt mhumhiex! Kemm insibu ftit ħin naħsbu ftit meta se nibdew u nagħmluha parti mir-rutina ta’ ħajjitna.
Kelma ta kuraġġ…
The world tells us to seek success, power and money; God tells us to seek humility, service and love.
Pope Francis
Id-dinja tgħidilna biex infittxu li jkollna suċċessi, poter u flus; Alla jgħidilna biex infittxu l-umilta’, nagħtu servizz u mħabba Papa Franġisku.
Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo