Waqt il-programm speċjali li t-tim ta’ Xarabank tella’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira ġiet ippreżentata s-somma sabiħa ta’ €1,640 f’isem l-iskola tagħna. Dan kien it-total ta’ flus miġbura mill-Jeans Day, il-bejgħ tal-figolli, donazzjoni mogħtija minn Cuschieri Bakery (wieħed mill-fornituri tal-figolli), kif ukoll permezz ta’ donazzjoni li ngħatat mill-istaff kollu li jaħdem ġewwa l-iskola tagħna. Il-flus mhux kollox, imma żgur li d-donazzjoni tagħna ser tgħin biex tagħti aktar kuraġġ, ittaffi t-tbatija li dawn il-familji għaddejjin minnha u żżid il-possibilita’ ta’ fejqan. Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu f’din l-inizjattiva hekk nobbli.
