Klabb 3-16

Għeżież ġenituri/kustodji legali,

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi tixtieq tinfurmakom li topera s-servizz ta’
Klabb 3-16 fl-iSkola Primarja tas-Siġġiewi.

Klabb 3-16 huwa programm ta’ wara l-ħin tal-iskola li joffri servizz ta’ ħarsien għal tfal bejn it-3 snin u s-16-il sena li jattendu skejjel tal-iStat, tal-Knisja u Independenti. Is-servizz huwa offrut mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul is-sena skolastika bejn 14.15pm u 18:00pm. Is-servizz jinkludi programm t’attivitajiet edukattivi fejn it-tfal jistgħu jlestu l-homework u jieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi u ta’ gost. Iċ-Ċentru ta’ Klabb 3-16 huwa mmexxi minn tim professjonali li jinkludi għalliema u playworkers.

Klabb 3-16 jopera wkoll waqt il-vaganzi annwali tas-sena Skolastika għal ġenituri/kustodji legali li jaħdmu. Iċ-ċentru jopera bejn is-7.00am u 18.00pm dejjem skont id-domanda.

Iktar informazzjoni tista’ tinġabar mingħand il-koordinatriċi Ms R Fenech permezz tat-telefown 21460938 jew permezz ta’ l-imejl klabb316siggiewi@gmail.com

Grazzi u tislijiet

Ms R Fenech

Koordinatriċi taċ-Ċentru

Klabb 3-16 Siġġiewi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *