Għeżież ġenituri/kustodji legali
Id-Dipartiment tal-eLearning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtieq jistedinkom għal-laqgħa li ser issir nhar il-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016 fil-kulleġġ San Injazju fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi fid-9.30am
Matul din il-laqgħa sejrin tiġu nfurmati dwar kif intom bħala ġenituri/kustodji legali tistgħu żżommu ruħkom aġġornati dwar l-edukazzjoni t’uliedkom, billi tkunu tistgħu taraw kif is-sistema tal-iLearn tħaddmuha u taraw il-marki tal-eżamijiet fost affarijiet oħra.
Grazzi
Jeffrey Zammit
Uffiċjal Edukattiv eLearning