Nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru l-iskola tagħna pparteċipat fl-Hour of Code, attivita’ edukattiva fejn studenti minn madwar id-dinja jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ coding. Kelma oħra għal coding tista’ tkun programming, jew fi kliem aktar sempliċi l-għotja ta’ istruzzjonijiet fi programm tal-kompjuter. L-attivitajiet li ngħataw l-istudenti tagħna kienu jirrikjedu, fost l-oħrajn, l-għoti ta’ istruzzjonijiet lill-oġġett partikolari biex minn post imur f’post ieħor. Dawn l-attivitijiet jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħila li jaħsbu b’mod loġiku u li jħaddmu moħħhom biex isolvu l-problemi li jiffaċċaw ruħhom magħhom.
L-iskola tagħna ġiet imfaħħra mill-Uffiċċjal Edukattiv li kien inkarigat minn din l-attivita’, is-Sur James Catania, fuq il-paġna ta’ Facebook [ https://www.facebook.com/HourMalta/?fref=ts ] maħluqa apposta talli l-klassijiet kollha ħadu sehem f’din l-attivita’.
Nirringrazzjaw lis-Sur Peresso u s-Sur Kevin Grima li kkoordinaw l-attivita’ u ‘l-għalliema li daħlu għaliha b’ruħhom u ġisimhom.
