Is-Sur Anton Calleja, għalliem tal-Arti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi, ħadem fuq proġett mat-tfal tal-ewwel sena u lesta mural mill-isbaħ. Dan il-mural juri fih tfal żgħar b’xogħolijiet minn tagħhom inkorporati fit-tpinġija. Il-mural twaħħal mal-ħajt ħdejn l-uffiċċju tal-kap tal-iskola u nħeġġu lil kull min jidħol fl-iskola biex jieqaf, iħares, josserva u jammira dan il-proġett tant sabiħ. Grazzi u prosit kbira tmur lis-Sur Anton Calleja li dejjem jissorprendina bil-kapaċita’ artistika tiegħu.
N. Saliba