Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru, Ms Maria Kerr, esperta fuq il-ganutell, ġiet l-iskola tagħna sabiex tkellem lit-tfal tar-raba’ sena dwar x’jinvolvi l-ganutell. Hi minnufih laqgħet l-istedina wara li l-għalliema wrew ix-xewqa li t-tfal ikunu esposti għal din is-sengħa peress li jifforma parti mis-sillabu l-ġdid tal-Istudji Soċjali. F’dan it-topik, it-tfal huma mħeġġa jesploraw u jitgħallmu dwar xi snajja’ li għadhom jeżistu, oħrajn li m’għadhomx u oħrajn li għadhom isiru biss bħala passatemp bħall-bizzilla u l-ganutell.
It-tfal kienu entużjasti ħafna, tgħallmu ħafna dwar il-ganutell kif ukoll kellhom ix-xorti li jaraw u jmissu xi materjal u għodda. Għalihom din żgur ser tkun esperjenza tassew memorabbli.
Ms Claudine Chircop