Bi pjaċir nixtiequ ninfurmawkom li l-iskola tagħna għadha kif rebħet il-Green Council Award – Outstanding College Recycling Award. Ringrazzjament speċjali jmur għal Ms. Sephorah Sultana l-koordinatriċi tal-Ekoskola li matul is-sena skolastika 2014/2015 ħadmet bi sħiħ fuq is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart. Minn qalbna nirringrazzjaw ukoll lil Ms. Catherine Bezzina l-koordinatriċi tal-Comenius Project, The Changing World of Children, li t-tema prinċipali tiegħu kienet ukoll dwar l-importanza tar-riċiklaġġ.