Mawra f’Siracusa Sqallija – 31t’Ottubru 2015

Kien għadu lanqas biss żernaq meta l-grupp iltaqa’ l-port sabiex flimkien nibdew il-vjaġġ tagħna lejn il-gżira sabiħa ta’ Sqallija. Għalkemm warajna ħallejna temp ikrah, fi Sqallija sibna temp sabiħ jistenniena. Tassew il-qaddisin kienu magħna u riduna ngawdu kemm nistgħu.

Kellna programm mimli daqs bajda. Wara kollazjoni ħafifa tlaqna mill-ewwel lejn is-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ li jinsab f’Siracusa. Il-gwida kellimna fuq il-miraklu li seħħ fl-1953, meta f’dar umli, ix-xbieha tal-Madonna bdiet tibki dmugħ uman. Wara bqajna sejrin lejn il-gżira t’Ortigia, li hi l-qalba storika tal-belt ta’ Siracusa. Fost oħrajn rajna r-rovini tat-tempju t’Apollo u s-suq armat b’ħafna ikel tradizzjonali u artiġjanali. Minn hemm bqajna sejrin għall-ikla Agriturismo – ikla bnina u abbundanti kif jafu jservu l-Isqallin! Ma naqasx ukoll xi ftit ħin għax-shopping u biex żgur nispiċċaw b’togħma tajba, qabel irkibna l-vapur waqafna f’ħanut tal-pasti u minn hemm ħafna kienu dawk li daqu minn din il-manna.

Bla dubju ta’ xejn kienet ġurnata indimendikabbli. Barra li ħadna gost flimkien, tgħallimna ħafna wkoll. Nittamaw li d-darba li ġejja iktar ġenituri u tfal jingħaqdu magħna għal din l-esperjenza fantastika.

Sandra Abela

20151031_114153

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *