Flimkien Nistgħu – Dak li Ngħidu

Bdejna sena skolastika ġdida, li bħal dejjem iġġib magħha avventuri u sfidi ġodda. Insiru nafu għalliema ġodda, kif ukoll forsi ħbieb ġodda, apparti kotba u pitazzi ġodda. Il-ġdid dejjem iġib miegħu xi ftit ansjeta’ u biża’. Għalhekk huwa importanti ħafna li nippruvaw inżommu kalmi u nibqgħu iffukati f’dak li għandna bżonn nagħmlu!

B’dan il-mod inkunu qed ngħaddu messaġġ ferm pożittiv lit-tfal tagħna! Nistgħu nibdew billi noqogħdu ftit attenti anki fil-mod li bih inkellmu lit-tfal. Il-kliem li nużaw magħhom jistgħu jew jagħmlulhom kuraġġ jew jaqtgħulhom qalbhom. Barra minn hekk inkunu wkoll qed nagħtuhom eżempju sabiħ ħafna ta’ kif għandhom iġibu ruħhom ma’ xulxin. Bis-saħħa ta’ hekk ir- relazzjonijiet ta’ bejniethom jissaħħu iktar.

Żgur li lil uliedna rriduhom tfal ferħanin u li jkunu kapaċi jemmnu fihom infushom biex jimxu ‘l quddiem. Hawn taħt hawn lista ta’ seba’ frażijiet li t-tfal jieħdu gost jisimgħu u li jagħmlu ġid kbir.

7 frażijiet li kull tifel u tifla jieħdu gost bihom.

  1. Inħobbok.
  2. Kemm jiena kburi jew kburija bik.
  3. Jiddispjaċini.
  4. Naħfirlek.
  5. Għidli, qed nisimgħak.
  6. Din inti responsabbli għaliha.
  7. Prosit kemm inti kapaċi.

Naħsbu ftit…

Ninsabu ċerti li min qed jaqra dan l-artiklu f’qalbu qed jgħid – “Dawn anki jien nieħu gost bihom jekk xi ħadd jgħidhom lili”. Mela aħseb u ara t-tfal, kemm jagħmlu kuraġġ!!!

Kelma ta kuraġġ…

Life is a journey. When we stop, things don’t go right. Pope Francis

‘Il-ħajja hija vjaġġ. Jekk nieqfu, xejn ma jibqa’ sew’. Papa Franġisku.

Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo

PSCD – 2015/2016

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *