Is-Sena Internazzjonali ddedikata għad-dawl u għat-teknoloġija li tuża d-dawl 2015

Id-Dipartiment tax-Xjenza fil-Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Tas-Subien qiegħed jorganizza kompetizzjoni fotografika għall-istudenti kollha li jattendu fil-Kulleġġ. Biex l-istudenti jkunu jistgħu jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni, kull ma jridu jagħmlu hu li jieħdu ritratt jew ritratti li juri/u sitwazzjoni/jiet fejn qiegħed jintuża d-dawl jew t-teknoloġija li tuża d-dawl u jibgħatu r-ritratti fuq l- indirizz : xjenzaathandaq@gmail.com

L-istudenti kollha li jipparteċipaw ser jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u jkollhom ċans li jirbħu:

  • GoPro Hero Classic Camera (L-aħjar ritratt tas-Sekondarja).
  • Fuji Instax Mini 8 Instant Colour (L-aħjar ritratt tal-Primarja).

Ninkorraġġukom tipparteċipaw f’din l-attivita li hija miftuħa biss għall-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju. Din l-attivita hija finanzjata mill-Uffiċju tal-Kummissjoni Ewropeja hawn Malta. Għal aktar informazzjoni dwar din l-attivita żuru http://www.light2015.org

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *