Kif diġa’ ħabbarnielkom nhar il-Ġimgħa ser isiru żewġ elezzjonijet. Għal dan il-għan bejn illum it-Tnejn u nhar l-Erbgħa ser nibagħtulkom żewġ karti tal-vot ma’ uliedkom. Kull familja għandha vot wieħed f’kull
elezzjoni:
1.wieħed għall-elezzjoni ta’ TLIET membri fil-Kunsill tal-Iskola (peress li ġew nominati erba’ ġenituri) u
2.ieħor għal rappreżentant WIEĦED mil-Kulleġġ fuq il-kumitat tal- MAPSSS
(l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri tal-Istudenti tal-Iskejjel tal-Istat) fejn ħarġu żewġ kontestanti mill-Kulleġġ San Injazju.
Nitolbukom tibżgħu għaż-żewġ karti tal-vot u lkoll tivvutaw billi
a) tibagħtu l-voti mimlija ma’ wliedkom f’envelop magħluq (nissuġġerixu li tiktbulu VOTI fuqu biex ma jitħallatx ma’ envelops oħrajn). Dan għandu jingħata lill-għalliema,
jew
b) Tibagħtuhom immedjatament bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt
jew
c) iġibuhom l-iskola f’Jum il-Votazjoni, cioe’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015 bejn it-8.30am u s-2.30pm u tifgħuhom fil-kaxxi rispettivi.
Dħul min Triq l-Iskola skont kif ikun indikat mit-tabelli.
Voti li jaslu l-iskola wara nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar fis-2.30 ikunu INVALIDI.
Patrick Decelis
Kap tal-iskola
It-Tnejn 19 ta’ Jannar 2015