Festa San Nikola 2014

Din is-sena l-festa ġiet iċċelebrata il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru minħabba li l-festa proprja ħabtet is-Sibt.  Kien hemm atmosfera ta’ festa tar-raħal, bil-banda ddoqq u l-karti neżlin…flimkien mal-bżieżaq…it-tfal (imma mhux biss) verament ħadu pjaċir!

L-iskola tixtieq tirringrazzja lil kull min ħa sehem, fost l-oħrajn lill-Każin tal-Banda San Nikola, lill-grupp tal-armar, lill-iscouts, il-Kunsill Lokali, lill-Mużew tas-subien, lill-pulizija u l-gwardjani lokali u lis-Sur Beppe Farrugia mghejjun mis-sur Bezzina.

Ħadna gost nilqgħu magħna parruċċani u nies minn barra r-raħal, flimkien ma’ grupp ta’ studenti mill-iskola tal-Imselliet.

Waqt il festa nġabret somma li żdiedet mad-dħul mill-Jeans day. B’kollox, madwar €800 ngħataw lill-Caritas.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *