“Hemm xi ħaġa oħra x’nagħmel?” staqsiet is-segretarja.
Id-direttur, tassew imħabbat, ta daqqa t’għajn lill-arloġġ u lid-djarju. “Għal-lum daqshekk… nistgħu mmorru. M’għandna xejn aktar!”
Is-segretarja tbissmet: “Hemm il-lista tar-rigali tal-Milied tat-tifel tiegħek. Tinsiex li tlett ijiem oħra jkun il-Milied!”
“Imn’Alla ħsibt inti f’dan,” qal id-direttur waqt li ħa nifs ‘il ġewwa. “Naħseb li l-imsejken ibni se jinkorla għalija. U forsi għandu raġun. Ftit li xejn għandi ħin x’inqatta’ għall-familja. X’ħin nasal id-dar fil-għaxija, it-tifel ikun diġa’ raqad. Kważi qatt ma nitkellmu jiena u hu. Tal-inqas fil-Milied irrid nagħtih rigal sabiħ. Imma m’għandix ħin. Ejja nagħmlu hekk: ixtrihuli int. Tħabbilx rasek kemm jiswa. Iftaħ l-ittra u ixtri dak kollu li jrid it-tifel.”
Is-Segretarja fetħet l-ittra u bit-tbissima ċaqalqet rasha: “Jien dejjem nobdi l-ordnijiet tiegħek, imma din id-darba ma nistax.”
“Għax le? Jaqaw hemm xi ħaġa li ma nistax nixtri għal tifel ta’ tmien snin? Xi xtaq? Għidli.”
Mingħajr ma tkellmet, is-segretarja newlet lid-direttur l-ittra ċkejkna tat-tifel biex jaqraha:
“Għażiż papa’,
bħala rigal tal-Milied irrid li għas-sena li ġejja inti tħalli kuljum, jew kważi kuljum, nofs siegħa ħin għalija. Xejn ma rrid iktar.
It-tifel tiegħek, Fabrizio.”
Tislijiet,
Doreen Aquilina
Marie-Claire Sammut
(Għalliema tal-PSCD)