Bidu ta’ Sena Skolastika Ġdida

Għeżież studenti

Wasalna biex nibdew sena skolastika ġdida! Nawguralkom.  It-Tnejn 22 ta’ Settembru 2014 intom għandkom tkunu wara l-bieb tal-foyer tas-sala fit-8.25am.

Kif jinfetaħ il-bieb għandkom tidħlu u tibqgħu sejrin fil-bitħa, fil-post fejn kontu toqogħdu s-sena l-oħra għall-assembly.  Ħafna minnkom ser isibu l-għalliema tas-sena l-oħra jistennewhom.

It-tfal ġodda, li ser jibdew jattendu l-iskola tagħna għall-ewwel darba, għandhom jidħlu mill-istess bieb imma jibqgħu ġol-foyer stess, ħdejn il-bieb tas-sala. Ser ikun hemm it-tabelli ‘NEWCOMERS’ biex jurukom fejn għandkom tinġabru.

Imbagħad inwasslukom flimkien lejn il-bitħa ħalli ilkoll niehdu sehem fl-assembly.

Narakom nhar it-Tnejn.

P Decelis
Kap tal-iskola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *